lawgen123
12
Quddiesa fuq Xejk minn Fr Ray Toledo - 27/03/20 Pt2 Quddiesa fuq Xejk minn Fr Ray Toledo - 27/03/20 Pt2More
Quddiesa fuq Xejk minn Fr Ray Toledo - 27/03/20 Pt2
Quddiesa fuq Xejk minn Fr Ray Toledo - 27/03/20 Pt2
05:29
lawgen123
51
Tlifna lil Gesu', nfittxuH u nsibuH - Omelija minn Fr. Ray Toledo - 23/04/19
08:08
lawgen123
257
L-EWWEL HADD TA' NOVEMBRU - FR. RAY TOLEDO JITKELLEM FUQ L-ERWIEH TAL-PURGATORJU
18:43
lawgen123
2.3K
Is-Siegħa Tiegħi. Il-Ħames Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Is-Siegħa Tiegħi.
Il-Ħames Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Dalwaqt, Mulej, tintrefa’ mill-art; ftit ġranet oħra. Dalwaqt taqa’ fl-art, bħal ħabba tal-qamħ u tmut u tagħmel ħafna frott. Dalwaqt jerġa’ jigglorifikak il-Missier darba għal dejjem. Dalwaqt tkeċċi l-prinċep tad-dinja u tiġbed il-bnedmin kollha lejk. Siegħa mqaddsa. Is-siegħa tiegħek. Is-siegħa li ġejt apposta għaliha. Siegħa ta’ taħwid. Imma siegħa ta’ fidwa li tiswa eternità. Kemm nixtieq narak jien ukoll, Mulej, bħal dawk il-Griegi li talbu ‘l Filippu u lil Indri’, proprju ftit qabel dik is-siegħa ta’ taħwid ta’ glorifikazzjoni! Kont nilmħek fl-aħħar mill-aħħar, determinat li tgħix dik is-siegħa b’irġulija b’ubbidjenza b’perfezzjoni. Il-ġid ma jsirx bix-xejn, Mulej, imma bi prezz. Oħloq fija, O Alla, qalb ġdida qalb …More
04:31
lawgen123
2.3K
Tħobbu wisq. Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …More
Tħobbu wisq.
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Int tħobbu wisq il-bniedem, Mulej! Jaħrab minnek u tiġri warajh joffendik u titħassru jinjorak u tibgħatlu iżjed messaġġi. Tikkastigah u taħfirlu teżiljah u tilliberah tikkonfondih u ssabbru. L-aħħar kelma hi dejjem favurih. Tassew int Alla għani fil-ħniena. Int tant ħabbejtha lid-dinja, li tajtha lil ħadd inqas minn Ibnek il-Waħdieni. U bgħattu biex bih hija ssalva. Xi bluha dik tal-bniedem, Mulej, li jħobb id-dlam aktar mid-dawl! Kif ma jitgħallem qatt mit-tiġrif tat-Tempju mill-waqgħa tas-swar mill-ħruq tal-palazzi? Kif ma jixgħofx mill-qerda ta’ kull m’hu prezzjuż mit-tkaxkir fl-eżilju? Għaliex bil-fors irid jitbiegħed minnek biex jersaq lejk? Għaliex irid iduq l-imrar tal-konfużjoni biex jibda jixxennaq għal żernieq ġdid …More
03:47
lawgen123
128
Illiberani mill-gaġeġ. It-Tielet Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Illiberani mill-gaġeġ.
It-Tielet Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, int taf lil kulħadd, tassew. Int taf x’hemm fil-bniedem. Int taf x’mgħadx hemm fil-bniedem għax żvojta wisq lilu nnifsu minn dak li żrajt fih int fil-bidu. Sewwa tagħmel Mulej, ma tafdax: fl-interess tagħna. Il-gwaj hu li aħna sirna nafdaw wisq fina nfusna: aħna li mtlejna bil-vojt aħna li kibritilna rasna fil-konfront tiegħek; aħna li tħawwadna fl-intelliġenza tagħna. Veru każ, Mulej, li qed nesperimentawh: il-bluha tiegħek hi iktar għarfa mill-ġenji, id-dgħjufija tiegħek hi iktar b’saħħitha mill-ġganti. Int biss għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem u ta’ ħajja bis-sens fuq din l-art. Int tgħid u tasal tagħti sinjal u twettqu tara fil-fond u fil-bogħod. Int Alla ta’ min joqgħod fuqek ta’ min jafdak ta’ min …More
04:29
lawgen123
53
M'għandux paċenzja. It-Tieni Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
M'għandux paċenzja.
It-Tieni Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Kważi m’għandekx paċenzja tistenna l-Għid, Mulej. Ġa qed iddewwaqna l-glorja is-sbuħija il-premju. Għax int għalhekk ħlaqtna, Mulej, biex ingawdu biex nifirħu biex nitpaxxew bid-dehra meraviljuża tiegħek. U wara t-taħwid li ġibna b’idejna u l-ħażen li ddawwarna bih int għad tbiddlilna l-ġisem imsejken tagħna fis-sura tal-ġisem glorjuż ta’ Ibnek. Sadattant jeħtieġ li nerfgħu salibna, Mulej, li nitilgħu l-għolja tas-sagrifiċċju li nissagrafikaw l-egoiżmu tagħna. Sa ma naslu fuq it-Tabor tagħna, jeħtieġ nitilgħu l-Kalvarju ma’ Ibnek: basta tweżinna Int tara safejn naslu tagħmlilna forċina meta ngħajjew. Int taf x’insarrfu, Mulej. Għalhekk wegħedtna li ma tgħabbiniex iżjed milli nifilħu. Għalhekk tesiġi mingħandna prezz …More
03:59
lawgen123
2.3K
Naddafni minnufih. Is-Sitt Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …More
Naddafni minnufih.
Is-Sitt Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Kemm nixtieq nista’ nistqarr, Mulej, li b’xi mod jien nixbah lilek! Imma jien dgħajjef wisq, Mulej. Fid-dnub nisslitni ommi. Jien dnibt ħafna bil-ħsieb bil-kliem bl-għemil billi ħallejt dmirijieti. Int, Mulej, tagħmel l-għamara tiegħek fir-ruħ sewwa u safja. Ma jistħoqqlix li tgħammar ġewwa fija. Iżda għid biss kelma waħda u ruħi tkun imfejqa. Jekk trid, Mulej, tista’ tnaddafni, anki minnufih. Tassew ħieni Mulej, il-bniedem li ħtijietu maħfura li d-dnub tiegħu hu mistur quddiemek li int ma tgħoddlu ebda ħażen. U żgur, Mulej, li jiġu ħdejk nies minn kullimkien. Miegħek tista’ terġa’ tibda mill-ġdid safi bħal tarbija bla tgħajjir bl-imgħoddi bla rikatti bl-esperjenzi qarsa. Int, Alla li taħfer u tinsa ġġedded u terġa …More
03:31
lawgen123
2.3K
Morsa iebsa. L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …More
Morsa iebsa.
L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Tgħid mhux se tmur tajjeb int, Mulej, bil-Patt li għamilt magħna! Miegħek dejjem aħna għandna x’niggwadanjaw x’niksbu x’naqilgħu. Int dejjem lest li tagħti: imħabba ħniena maħfra. U anki meta biex tiddrittalna triqatna tgħaddina mill-morsa ta’ xi esperjenza iebsa, kważi jiddispjaċik li qed tweġġagħna tagħfasna tħabbatna. Dan kollu, Mulej, biex tressaqna lejk tagħtina l-ħajja issaffilna l-kuxjenza. Għal dan kont lest li tħallas prezz: tiġġarrab mix-xitan tingħata l-mewt tiġi ttrattat inġustament. Basta aħna nindmu u nemmnu fl-Aħbar it-Tajba. Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożità tiegħek it-telqa tiegħi il-ħtieġa ta’ bidla radikali. Għinni nifhem l-għana tas-sejħa tiegħi il-paċenzja …More
03:00
lawgen123
2.3K
Qlub miksura. Il-Ħames’ Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Qlub miksura.
Il-Ħames’ Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, normalment int tħalli n-natura tieħu l-kors tagħha. Mhux veru li l-mard tibagħtu int. Qatt ma daħħaltu fl-ewwel pjan tiegħek għall-ħolqien, fejn rajt li kollox kien sewwa. Tul ħajtek fl-art għaddejt tagħmel il-ġid u tfejjaq. Saħansitra qajjimt lil xi wħud mill-mewt. Għax int, Mulej, ikbar mill-mard u mill-mewt ikbar mill-bniedem li daħħalhom. Jien ukoll, Mulej, nixtieq nippreżentalek il-morda tagħna kollha: qraba ħbieb parruċċani fid-djar fl-isptarijiet fit-toroq tagħna. Ħu ħsiebhom, Mulej. Fejjaqhom jew farraġhom. Serraħhom u sabbarhom. L-għażla f’idejk – għall-ġieh tiegħek għall-ġid tagħhom. Fuq kollox, Mulej, Fejjaq lil dawk ta’ qalbhom maqsuma lil dawk li sofrew inġustizzji lil dawk li qed iġarrbu firdiet …More
03:53
lawgen123
2.3K
Nistaqsi u nimxi. It-Tieni Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …More
Nistaqsi u nimxi.
It-Tieni Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, Agħmel li ma nieqaf qatt nistaqsi nimxi fi triqti lejk. Għallimni nibqa’ nistaqsi ħajti kollha: “Għalfejn sejjaħtli? Xi trid sew minni fiċ-ċirkustanżi preżenti? X’qed tippretendi minni? Meta tinħbieli xi ftit agħmel li nibqa’ nistaqsik: “Fejn tgħammar, Mulej?” Fejn nista’ nerġa’ nsibek u nħossok? noqgħod ftit miegħek? U niskopri li int m’għandekx fejn tmidd rasek m’għandekx għamara fissa dejjem miexi kif rak Ġwanni llum. U int tridni, Mulej, dejjem nistaqsi u nfittex nilmħek u nimxi. Trid tarani miexi warajk bħalma rajt iż-żewġ dixxipli ta’ Ġwanni. Tridni niġi u nara. Tridni mmur infittex lil ħija biex irressqu lejk biex nersqu lejk flimkien. Miegħek, Mulej, m’hemmx waqfien m’hemmx irqad m’hemmx vaganzi. …More
03:47
lawgen123
2.3K
Mudell u moda. Il-Familja Mqaddsa. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-…More
Mudell u moda.
Il-Familja Mqaddsa. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, kemm nixtieq li għext imqar jum wieħed fid-dar tiegħek, u t’ommok, u ta’ missierek! Mill-ftit li wassaltilna jispikkaw il-virtujiet tal-ħajja tal-familja tagħkom virtujiet umani miksuba bi tbatija virtujiet frott ta’ fidi kbira. Veru kontu liebsa l-imħabba, il-qofol ta’ kull relazzjoni ġenwina. Ma naqsux, Mulej, it-tensjonijiet l-inkomprensjonijiet il-mumenti diffiċli. Imma ssuperajtuhom kollha għax il-ħarsa tagħkom kienet fuq il-Missier li jagħti l-Ispirtu tiegħu lil uliedu kollha. U b’hekk għelibtu l-egoizmu il-firda il-protagoniżmu żejjed. Ommok u missierek, Mulej, fittxew dejjem il-pjan tal-Missier, għexu kull problema qrib xulxin, irrispettaw bis-sħiħ l-interessi tat-tnejn. Lilek sabulek post fejn tgħammar rabbewk …More
05:05
lawgen123
44
Tinġiż ta' l-Ispirtu. Ir-Raba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …More
Tinġiż ta' l-Ispirtu.
Ir-Raba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, illum aħna pre-okkupati b’kull forma ta’ tniġġiż. Sinjal pożittiv ħafna. Apprezzament tal-ħolqien sabiħ tiegħek. Rispett għall-ħajja għas-saħħa għal għajxien ta’ kwalità. Imma hemm tniġġiż ieħor, Mulej, li ftit li xejn jinkwetana: it-tniġġiż ta’ l-ispirtu it-taħwid ta’ l-imħuħ il-ħabi tal-verità. Erġ’ejja Mulej, illum, semmagħna leħnek u tagħlimek: ma nwebbsux qalbna. Int għadek kapaċi tikkmanda lill-ispirti mniġġsa u huma joqogħdu għalik. Forsi jħabbtuna ħafna u jgħajtu għajjat kbir. Imma fl-aħħar mill-aħħar, għal kelmtek mogħtija b’setgħa joħorġu minna. Mulej, int tgawdi fama tajba ħafna magħna. Ejj’oħroġ minn fostna, Mulej, l-ispirti mniġġsa ta’ l-egoiżmu, tan-nuqqas ta’ fidi ta’ l-aljenazzjoni tal-…More
03:24
lawgen123
2.3K
Żmieni tiegħek. It-Tielet Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Żmieni tiegħek.
It-Tielet Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. M’hemmx żmien x’nitilfu Mulej, quddiemek. L-erbgħin jum ta’ spazju għall-indiema malajr jgħaddu. U jekk naħluhom, faċilment ninqerdu nintilfu nitħawdu. Iż-żmien qasir wisq, Mulej. Biex niġi warajk u naqdik kif trid int ma nistax inħalli għal għada. Jeħtieġ inħalli minnufih persuni u oġġetti xbiek u qraba u lavranti, u niġi warajk nistad miegħek. Mulej, tħallinix nitnikker inberbaq ħajti fix-xejn nehda b’dak li hu sekondarju. Tħallinix infittex is-sodisfazzjon qabel l-essenzjal il-gosti tiegħi qabel tiegħek l-egoiżmu tiegħi qabel il-bżonn. F’għajnejk, Mulej, mhux biżżejjed li nagħmel xi ħaġa. Tridni nwettaq dak li trid int fejn trid int kif trid int bla tlaqliq bla ma niskarta bla aljenazzjonijiet. Mulej, għinni …More
03:32
lawgen123
91
Priedka tal-Milied minn William & Thomas fil-Monasteru ta` San Pietru Mdina 25/12/17
17:11
lawgen123
2.4K
Kif ikun dan? Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …More
Kif ikun dan?
Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Kemm nieħu gost, Mulej, Nisma’ ‘l Marija tistaqsik: “Kif ikun dan?” Bħal meta staqsietek: “Għaliex għamiltilna hekk?” Hi il-mimlija bil-grazzja dik li sabet grazzja quddiemek l-imdella mill-qawwa ta’ l-Għoli ma tarax ċar ma tifhimx titħasseb. Imma tistaqsi u tisma’, Mulej, twieġeb u tibqa’ tisma’ tisma’ u taċċetta iċ-ċokon tagħha l-għerf tiegħek id-direzzjoni li tajtha. Mulej, jien għandi ħafna domandi x’nagħmillek. Elf darba ma nifhmekx. Elf darba naħseb li m’intix tifhimni. Elf darba l-pjanijiet tiegħi ma jaqblux ma tiegħek. Ħallini nistaqsik, Mulej, mhux b’arroganza imma b’umiltà b’sempliċità bi ftuħ tal-qalb. Għallimni nisimgħek tassew, Mulej, Għallimni nagħraf l-anġli li tibgħatli il-messaġġi li trid twassalli it-toroq …More
04:23
lawgen123
201
Ma rridx inkun iblah. It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Ma rridx inkun iblah.
It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, Ma rridx inkun bħall-iblaħ: taqlagħlu għajnejh u jifraħ. Irrid inkun ferħan Imma mhux baħnan. Ma nafx kemm teżisti riċetta Għall-paċi tal-qalb f’dinja tant imnikkta f’ħajja tant konfuża. Riċetta waħda biss għadni ma ppruvajtx, Mulej: dik li nistenna Lilek b’fedeltà il-ħin kollu f’kull ċirkustanza ma’ ħuti fidili tassew. Minkejja li jien tant qrib tiegħek, Mulej, jien wieħed minn dawk li għadni m’emmintx bis-serjetà li Int qiegħed f’nofsna. Għax din tagħmel id-differenza kollha: preżenza umli bla arroganza bla pressjoni. Imma reali għal min jesperimentaha. Preżenza li tnibbet il-ġustizzja li tagħti l-ħelsien lill-imjassrin li ddewwi l-qalb miksura. Kemm hu xxurtjat min jemmen fiha min jilqagħha min iħalliha …More
04:18
lawgen123
241
Mingħajru ma ngħaddux. It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …More
Mingħajru ma ngħaddux.
It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Ma rridx, Mulej nistennik għax bil-fors maqbud miċ-ċirkustanzi għax nibża’ minnek. Irrid nistennik b’ħerqa, b’entużjażmu b’interess kbir. Għax hekk jixraqlek. Għax hekk jaqbilli. X’ma nistennikx, Mulej? Int teħles mill-jasar lil Ġerusalemm lid-dinja konfuża lili mħawwad. Int tmexxi bil-mod lin-nagħaġ li jreddgħu lil min qed iġorr ir-responsabbilità lil min qed jaqdi dmiru. Int Mulej li ma tridx li xi ħadd jintilef li taqbad lil xi ħadd għal għarrieda li tirbaħ Int minn fuq dahar xi ħadd. Mulej, Int ma tbeżżaz lil min jibża’ minnek ma taħsadx lil min jistennik ma titbigħedx minn min jersaq lejk. Int Mulej uniku. Mgħallem ta’ qalb ħelwa. Sultan ġwejjed u umli. Ħadd ma jistħoqqlu mqar iħollok il-qorq: imma nżilt u …More
03:36
lawgen123
225
Li nħaddimlek ġidek imħolli f’idejja. It-Tlieta u Tletin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja …More
Li nħaddimlek ġidek imħolli f’idejja.
It-Tlieta u Tletin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Jien naħseb li ħallejtli wisq f’idejja, Mulej. Afdajtni żżejjed. Tajtni ħajja saħħa ħin intelliġenza edukazzjoni fidi familja Knisja soċjeta’. U elf ħaġa oħra konnessi magħhom. Diffiċli niżviluppahom kollha, Mulej, inħaddimhom kollha bi profitt inlaħħaq magħhom ilkoll b’interess sħiħ. Imma int tridni nipprova, Mulej. Jekk ngħin ruħi, żgur tgħinni. Jekk nurik li rrid tassew, żgur tħaffifli x-xogħol. Jekk nagħti sehmi, sehmek tagħtih żgur. Int żgur ma tridnix għażżien u bla fejda. Mulej, tħallinix nipparalizza ruħi quddiem l-impenn naqta’ qalbi quddiem kull m’għandu jsir niċċassa quddiem dmirijieti esiġenti. Tħallinix negħreq fil-ġid, Mulej. Jekk int esiġenti, iktar u iktar int ġeneruż …More
05:16
lawgen123
2.4K
Jafdana. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-…More
Jafdana.
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, miegħek nibdew minn fuq: Għalkemm aħna biss qaddejja tiegħek. Int ħallejt kollox f’idejna, kull wieħed fuq xogħlu. Għandek ideja tajba wisq tagħna. Temmen li tiġi x’ħin tiġi, se ssibna f’postna nishru neħdulek ħsieb ġidek. Min jafdana daqsek, Mulej? Min jemmen fina daqsek? Min lest li jħalli f’idejna dal-ġid kollu? B’dal mod, Mulej, Int tgħinni nemmen fija nnifsi niżviluppa nikber fis-sens ta’ responsabilita’. Jien dgħajjef, Mulej, Imma fik nista’ kollox. Tassew li b’dil-fiduċja tiegħek fija Tgħallimni nistennik bla biża’ noħroġ biex niltaqa’ miegħek niggustak tħares lejja. Ejja fostna, Mulej, kemm trid x’ħin trid imqar bla avviż. Kull miġja tiegħek fostna hi mixtieqa mistennija apprezzata. Għax fik naraw lil min jafdana …More
03:20