03:31
lawgen123
2.3K
Naddafni minnufih. Is-Sitt Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …Aktar
Naddafni minnufih.

Is-Sitt Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Kemm nixtieq nista’ nistqarr, Mulej, li b’xi mod jien nixbah lilek! Imma jien dgħajjef wisq, Mulej. Fid-dnub nisslitni ommi. Jien dnibt ħafna bil-ħsieb bil-kliem bl-għemil billi ħallejt dmirijieti. Int, Mulej, tagħmel l-għamara tiegħek fir-ruħ sewwa u safja. Ma jistħoqqlix li tgħammar ġewwa fija. Iżda għid biss kelma waħda u ruħi tkun imfejqa. Jekk trid, Mulej, tista’ tnaddafni, anki minnufih. Tassew ħieni Mulej, il-bniedem li ħtijietu maħfura li d-dnub tiegħu hu mistur quddiemek li int ma tgħoddlu ebda ħażen. U żgur, Mulej, li jiġu ħdejk nies minn kullimkien. Miegħek tista’ terġa’ tibda mill-ġdid safi bħal tarbija bla tgħajjir bl-imgħoddi bla rikatti bl-esperjenzi qarsa. Int, Alla li taħfer u tinsa ġġedded u terġa’ tafda tqajjem u ssaħħaħ. Kun blata tal-kenn għalija, Mulej, lejn x’hiex niġri meta nħossni mkisser imħawwad imwarrab. Agħmilli l-qalb meta nħossni waħdi magħluq fija nnifsi maqtugħ minn ħuti. Midd idek fuqi, Mulej, missni naddafni u nibda nxandar ma’ kullimkien l-aħbar ta’ kelmtek li ssaffi.