01:23
ros-ann
717
Mt 5:13-19 -- The Salt of the earth and Light of the world - Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja. - JUNE 1 - PROPER GOSPEL on the memorial of ST JUSTIN, MARTYR - JULY 15 - PROPER GOSPEL ON THE FEAST …Aktar
Mt 5:13-19 -- The Salt of the earth and Light of the world - Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja.

- JUNE 1 - PROPER GOSPEL on the memorial of ST JUSTIN, MARTYR
- JULY 15 - PROPER GOSPEL ON THE FEAST OF SAINT BONAVENTURE, BISHOP, DOCTOR

Evanġelju
Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja
Mt 5,13-19

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: [Mt:5:13] "Intom il-melħ ta' l-art. Imma jekk il-melħ jaqta', biex jerġa' jieħu t-togħma? Ma jibqa' tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

[Mt:5:14] "Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. [Mt:5:15] Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. [Mt:5:16] Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.

[Mt:5:17] "Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa' l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. [Mt:5:18] Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. [Mt:5:19] Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.